Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/189/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 189, 5.6.2019, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/43


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 189/11)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Greċja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Iċ-ċentenarju mit-twelid ta’ Manolis Andronicos

Deskrizzjoni tad-disinn : Manolis Andronicos (1919–1992) kien wieħed mill-akbar arkeologi tal-Greċja. L-iskoperta tal-oqbra rjali f’Vergina fl-1977 xeħtet dawl fuq is-sejbiet il-ġmiel tagħhom li jixhdu l-meravilja taċ-ċivilità antika tal-Maċedonja.

Id-disinn juri ritratt ta’ Manolis Andronicos. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug huwa l-isem “MANOLIS ANDRONICOS 1919–1992”, flimkien mas-sena tal-ħruġ u kuruna (il-marka taz-zekka taz-Zekka Griega); imnaqqax tul ix-xifer ta’ ġewwa fuq il-lemin hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Viżibbli wkoll fin-naħa t’isfel fil-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

750 000

Data tal-ħruġ : Ġunju tal-2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top