Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0172

    Kawża T-172/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2019 — Cognac Ferrand vs EUIPO (Forma ta’ trizza fuq flixkun)

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/34


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2019 — Cognac Ferrand vs EUIPO (Forma ta’ trizza fuq flixkun)

    (Kawża T-172/19)

    (2019/C 182/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cognac Ferrand (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ trizza fuq flixkun) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 387 564

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1640/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top