Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0061

    Kawża T-61/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Każ ‘Eurostat’ — Proċeduri kriminali nazzjonali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Talba għal assistenza — Informatur — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Rikors għad-danni u rikors għal annullament”)

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-61/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Każ ‘Eurostat’ - Proċeduri kriminali nazzjonali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talba għal assistenza - Informatur - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Rikors għad-danni u rikors għal annullament”)

    (2019/C 182/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Amador Rodriguez Prieto (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin u R. Garcia-Valdecasas y Fernandez, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u R. Striani, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab u, sussidjarjament, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2017 li tiċħad talba għal assistenza tar-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    It-talbiet għad-danni huma miċħuda.

    2)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Marzu 2017 li tiċħad talba għal assistenza ta’ Amador Rodriguez Prieto hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż ta’ A. Rodriguez Prieto.


    (1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


    Top