Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0218

    Kawża C-218/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Marzu 2019 — XR vs Conseil de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Bâtonnier de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Procureur général près la cour d’appel de Paris

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Marzu 2019 — XR vs Conseil de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Bâtonnier de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Procureur général près la cour d’appel de Paris

    (Kawża C-218/19)

    (2019/C 182/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: XR

    Konvenuti: Conseil de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Bâtonnier de l’ordre des avocats au barreau de Paris, Procureur général près la cour d’appel de Paris

    Domandi preliminari

    1)

    Il-prinċipju li skontu t-Trattat tal-Komunità Ekonomika Ewropea li, wara emenda, sar it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ħoloq l-ordinament ġuridiku tiegħu stess, integrat fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri u li huwa impost fuq il-qrati tagħhom, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel l-għoti ta’ eżenzjoni mill-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ lawrja previsti, fil-prinċipju, għall-aċċess għall-professjoni ta’ avukat, tar-rekwiżit ta’ għarfien biżżejjed, mill-awtur tat-talba għal eżenzjoni, tad-dritt nazzjonali ta’ oriġini Franċiż, u b’hekk teskludi li jittieħed inkunsiderazzjoni għarfien simili tad-dritt biss tal-Unjoni Ewropea?

    2)

    L-Artikoli 45 u 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-eżenzjoni mill-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ lawrja previsti, fil-prinċipju, għall-aċċess għall-professjoni ta’ avukat, lil ċerti membri tal-persunal tas-servizz pubbliku tal-istess Stat Membru li, f’dik il-kapaċità, eżerċitaw fi Franza attivitajiet ġuridiċi f’amministrazzjoni jew f’servizz pubbliku jew f’organizzazzjoni internazzjonali, u teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni l-membri tal-persunal jew l-ex membri tal-persunal tas-servizz pubbliku Ewropew li eżerċitaw f’din il-kariga attivitajiet ġuridiċi f’qasam wieħed jew iktar tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea?


    Top