Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0181

    Kawża C-181/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2019 — Jobcenter Krefeld — Widerspruchsstelle vs JD

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2019 — Jobcenter Krefeld — Widerspruchsstelle vs JD

    (Kawża C-181/19)

    (2019/C 182/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jobcenter Krefeld — Widerspruchsstelle

    Konvenut: JD

    Domandi preliminari

    1)

    Huwa kompatibbli mar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 7 tar-Regolament Nru 492/2011 (1), li jiġu esklużi mill-benefiċċji ta’ assistenza soċjali fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (2) iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011?

    a)

    Benefiċċju ta’ għajnuna soċjali fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 jikkostitwixxi vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011?

    b)

    Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 tapplika għar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 7 tar-Regolament Nru 492/2011?

    2)

    Huwa kompatibbli mar-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 (3), li jiġu esklużi mill-benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus fis-sens tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011 u li huma affiljati ma’ sistema ta’ sigurtà soċjali jew ma’ sistema ta’ benefiċċji tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004?


    (1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).

    (2)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

    (3)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


    Top