Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0147

    Kawża C-147/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Frar 2019 — Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A. vs Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) y Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Frar 2019 — Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A. vs Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) y Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

    (Kawża C-147/19)

    (2019/C 182/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A.

    Konvenuti: Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) y Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ “riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali” li jinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100 (1) u tad-Direttiva 2006/115 (2), jinkludi r-riproduzzjoni ta’ fonogramm ippubblikat għal finijiet kummerċjali f’reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol awdjoviżiv?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, entità ta’ xandir televiżiv li tuża, għal kull tip ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-iffissar ta’ xogħol ċinematorgrafiku jew awdjoviżiv li fiha huwa ppubblikat fonogamm għal finijiet kummerċjali, għandha l-obbligu tal-ħlas uniku u ekwu previst fl-Artikolu 8(2) ta’ dawn id-direttivi?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 92/100 tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120.

    (2)  Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali ĠU 2006, L 376, p. 28.


    Top