Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0090

    Kawża C-90/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Frar 2019 — Rieco SpA vs Comune di Ortona, Ecolan SpA

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Frar 2019 — Rieco SpA vs Comune di Ortona, Ecolan SpA

    (Kawża C-90/19)

    (2019/C 182/09)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rieco SpA

    Konvenuti: Comune di Ortona, Ecolan SpA

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (u b’mod iktar partikolari l-prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa tal-awtoritajiet pubblici u l-prinċipju ta’ ekwivalenza sostanzjali tad-diversi metodi ta’ għoti u ta’ ġestjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi rilevanti għall-amministrazzjoni pubblika) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik tal-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal-2016) li tqiegħed l-għoti in house ta’ kuntratti fuq livell subordinat u bħala eċċezzjoni meta mqabbel mal-għoti permezz ta’ kuntratti pubbliċi: i) billi tippermetti dan l-għoti ta’ kuntratti biss fil-każ li jintwera li hemm nuqqas tas-suq rilevanti, u ii) billi fi kwalunkwe każ timponi lill-amministrazzjoni, li jkollha l-intenzjoni tagħti kuntratt permezz tad-delega bejn l-organi, li tipprovdi motivazzjoni speċifika fir-rigward tal-vantaġġi marbuta ma’ dan il-metodu ta’ għoti għas-soċjetà inġenerali?

    2)

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) dwar l-għoti in house ta’ kuntratti fejn kontroll simili huwa eżerċitat b’mod kondiviż bejn diversi amministrazzjonijiet) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik tal-Artikolu 4(1) tal-Leġiżlazzjoni Kkonsolidata dwar il-Kumpanniji b’Azzjonijiet [Pubbliċi] — Digriet Leġiżlattiv Nru 175 tal-2016 –) li tipprekludi lil amministrazzjoni pubblika milli takkwista azzjonijiet (fi kwalunkwe każ li jistgħu jiggarantixxu l-kontroll jew is-setgħa ta’ veto) f’organu li l-azzjonisti tiegħu huma amministrazzjonijiet oħra meta l-imsemmija amministrazzjoni madankollu jkollha l-intenzjoni takkwista sussegwentement pożizzjoni ta’ kontroll kondiviż u għaldaqstant il-possibbiltà li tagħti direttament kuntratti lil dak l-organu li l-kapital tiegħu huwa proprjetà ta’ diversi amministrazzjonijiet?


    (1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (GU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).


    Top