This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0194
Case C-194/19: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (Belgium) lodged on 28 February 2019 — H. A. v État belge
Kawża C-194/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 — H. A. vs État belge
Kawża C-194/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 — H. A. vs État belge
ĠU C 164, 13.5.2019, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 — H. A. vs État belge
(Kawża C-194/19)
(2019/C 164/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: H. A.
Konvenut: État belge
Domandi preliminari
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) (rifolmulazzjoni), meħud waħdu u flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat bħala li jobbliga, sabiex jiġi ggarantit dritt għal rikors effettiv, lill-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzojni, fejn xieraq, elementi suċċessivi għad-deċiżjoni ta’ “trasferiment Dublin”?