This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9358
Prior notification of a concentration (Case M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 140, 16.4.2019, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/11)
1.
Fid-9 ta' April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Bregal Unternehmerkapital II LP, Bregal Unternehmerkapital II Feeder LP, Bregal Unternehmerkapital II-A SCp (flimkien “Bregal Unternehmerkapital”) (Jersey u l-Lussemburgu), ikkontrollata minn Cofra Holding AG (l-Isvizzera), |
— |
MEDIA Central Gesellschaft für Handelskamikation und Marketing mbH (“MEDIA Central”) (il-Ġermanja). |
Bregal Unternehmerkapital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ MEDIA Central kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Bregal Unternehmerkapital: fond ta' investiment,
— Cofra Holding AG: kumpanija azzjonarja,
— MEDIA Central: fornitur ta’ servizzi ta’ reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-kumpaniji kummerċjali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 229-64301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).