Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0130

    Kawża T-130/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2019 — Spadafora vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 104–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/104


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2019 — Spadafora vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-130/19)

    (2019/C 139/106)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Sergio Spadafora (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni, adottata fis-26 ta’ Novembru 2018 mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrent fl-24 ta’ Lulju 2018;

    tannulla d-deċiżjoni adottata mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF ta’ dak iż-żmien, li kien qiegħed jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra, fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Unità OLAF.C4 (“Konsulenza legaliˮ”) sa mill-1 ta’ Ġunju 2018;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-kumpens tad-dannu patrimonjali u mhux patrimonjali sostnut mir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors jirrigwarda prinċipalment id-deċiżjoni ta’ ħatra, sa mill-1 ta’ Ġunju 2018, tal-Kap tal-Unità ‘Konsulenza legaliˮ tad-Direttorat “Appoġġ għall-Investigazzjonijietˮ” tal-OLAF, u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra l-imsemmija deċiżjoni ta’ ħatra.

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)3288 finali.

    Ir-rikorrent f’dan ir-rigward jsostni li l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti tal-kumpannija ta’ konsultazzjoni esterna ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Awtorita tal-Ħatra, kuntrarjament għal dak li kien previst, skont l-Artikolu 8(1) tad-deċiżjoni tal-Kummisssjoni msemmija hawn fuq, għall-finijiet ta’ għażla leġittima tal-kap ta’ unità.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ imparzjalità.

    Ir-rikorrent f’dan ir-rigward isostni li l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma ġiex osservat fil-kawża ineżami, u dan għaliex id-deċiżjoni ta’ ħatra tal-kap ta’ unità inkwistjoni, minflok ma kienet ir-riżultat leġittimu ta’ proċess ta’ għażla ekwu, kienet l-għan imfittex skont pjan illeġittimu mfassal bil-quddiem tal-konvenuta. Fil-pjan illeġittimu mfassal bil-quddiem tal-konvenuta wieħed jista’ jidentifika żewġ elementi prinċipali: i) il-favoritiżmu fir-rigward ta’ kompetitur tar-rikorrent; ii) it-tnaqqis tal-importanza tas-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2017, Spadafora vs Il-Kummissjoni (T-250/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:866) mogħtija mill-Awla tal-Appell tal-Qorti Ġenerali.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq li, minkejja li abbażi tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3288 finali,”avant de procéder à une nomination, le directeur général concerné consulte le Commissaire de tutelleˮ [qabel ma jwettaq il-ħatra, id-Direttur Ġenerali għandu jikkonsulta l-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għad-dipartiment][traduzzjoni mhux uffiċjali], f’dan il-każ l-Awtorità tal-Ħatra ma osservatx din il-proċedura ta’ konsultazzjoni, u għall-kuntrarju qablet ma’ persuna waħda jew iktar dwar il-kandidat li għandu jinħatar bħala kap tal-unità.


    Top