Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0123

    Kawża T-123/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kanyama vs Il-Kunsill

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 101–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/101


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kanyama vs Il-Kunsill

    (Kawża T-123/19)

    (2019/C 139/103)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 4 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

    tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


    Top