This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0110
Case T-110/19: Action brought on 20 February 2019 — Kazembe Musonda v Council
Kawża T-110/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
Kawża T-110/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
ĠU C 139, 15.4.2019, p. 92–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/92 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
(Kawża T-110/19)
(2019/C 139/91)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 10 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 10 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005; |
— |
tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.