Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0104

    Kawża T-104/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Dermativa vs EUIPO — Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/85


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Dermativa vs EUIPO — Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

    (Kawża T-104/19)

    (2019/C 139/86)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dermativa Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: G. Paricheva, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM — Trade mark tal-Unjoni Nru 5 807 169

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 263/2017-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti f’kull stadju tal-azzjoni għal revoka u tal-proċedimenti ta’ appell, inklużi l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top