Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0090

    Kawża T-90/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencyassistant)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/72


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencyassistant)

    (Kawża T-90/19)

    (2019/C 139/74)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea currencyassistant — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15224876

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1057/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem l-EUIPO.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

    Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

    Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top