Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0055

    Kawża T-55/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Cham Holding u Bena Properties vs Il-Kunsill

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/60


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Cham Holding u Bena Properties vs Il-Kunsill

    (Kawża T-55/19)

    (2019/C 139/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damas, is-Sirja) u Bena Properties Co. SA (Damas) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata

    konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

    sussidjarjament, taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed prinċipali u ieħor sussidjarju bbażati fuq dannu li hija allegatament ġarrbet u li r-responsabbiltà għalih hija tal-Kunsill tal-unjoni Ewropea.

    Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri ristrettivi kkontestati, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, huma illegali. L-ewwel nett, huma jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, huma jiksru d-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur qed jiġi allegat li kien il-kawża diretta ta’ dannu sostanzjali morali u pekunjarju kontriha, li jikkonsisti rispettivament minn preġudizzju għar-reputazzjoni tagħha, minn naħa, u għal ksur ta’ kuntratti, telf ta’ tagħmir u telf ta’ dħul, min-naħa l-oħra, li għalih hija intitolata għal kumpens.

    Il-motiv sussidjarju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea.


    Top