Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0415

    Kawża T-415/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proporzjonalità”)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

    (Kawża T-415/16) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità”)

    (2019/C 139/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u A. Vitro, u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Almashreq Investment Fund hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


    Top