Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0289

    Kawża T-289/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Hamas vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjet”)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Hamas vs Il-Kunsill

    (Kawża T-289/15) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjet”)

    (2019/C 139/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Driessen u N. Rouam, sussegwentement B. Driessen u F. Naert, u finalment B. Driessen u F. Naert u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u R. Tricot, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Baumgart u C. Zadra, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521 tas-26 ta’ Marzu 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK (ĠU 2015, L 82, p. 107), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (ĠU 2015, L 82, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Hamas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


    Top