Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0042

    Kawża C-42/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Jannar 2019 — SONAECOM, SGPS, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Jannar 2019 — SONAECOM, SGPS, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-42/19)

    (2019/C 139/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SONAECOM, SGPS, SA

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domandi preliminari

    1)

    It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS f’servizzi ta’ konsulenza assoċjati mal-istudju tas-suq bil-għan tal-akkwist ta’ ishma, liema akkwist ma seħħx, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT (1), b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?

    2)

    It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS fil-ħlas lil BCP ta’ kummissjoni għall-organizzazzjoni u strutturazzjoni ta’ self obbligatorju allegatament miksub bil-għan li tiġi integrata l-istruttura ta’ finanzjament tal-kumpanniji parteċipanti tagħha, u li, ġaladarba dawn l-investimenti ma seħħewx, spiċċat ġiet applikata għal kollox minn Sonae, SGPS, l-impriża omm tal-grupp, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT, b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?


    (1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


    Top