Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0040

    Kawża C-40/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — EY vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — EY vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    (Kawża C-40/19)

    (2019/C 139/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: EY

    Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li huwa possibbli li protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi ggarantita fi Stat Membru anki jekk il-qrati tiegħu ma jistgħux jemendaw deċiżjonijiet mogħtija fi proċeduri ta’ ażil iżda jistgħu biss jannullawhom u jordnaw li jsiru proċeduri ġodda?

    2)

    L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/3[2]/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, għal darba oħra fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula terminu mandatorju wieħed ta’ total ta’ 60 jum għal proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet tal-ażil, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkustanzi individwali and mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-każ jew kull diffikultà potenzjali marbuta mal-evidenza, hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet?


    (1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


    Top