Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0278

    Kawża C-278/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Eżenzjoni — Artikolu 13B(b) — Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli — Kunċett — Kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli)

    ĠU C 139, 15.4.2019, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública

    (Kawża C-278/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjoni - Artikolu 13B(b) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Kunċett - Kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli)

    (2019/C 139/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Manuel Jorge Sequeira Mesquita

    Konvenuta: Fazenda Pública

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kiri u l-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli previst f’din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli lil kumpannija li teżerċita attività fis-settur tal-vitikultura, konkluż għal perijodu ta’ sena, li jiġġedded awtomatikament, li għandu bħala kontroparti qbiela li titħallas fit-tmiem ta’ kull perijodu annwali.


    (1)  ĠU C 259, 23.7.2018


    Top