EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0135

Kawża C-135/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart — Körperschaften (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi — Klawżola ta’ standstill — Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tirrigwarda kumpanniji intermedjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi — Emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni, segwita bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni preċedenti — Dħul ta’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li joriġina miż-żamma ta’ krediti ma’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru — Inklużjoni ta’ tali dħul fil-bażi taxxabbli ta’ persuna taxxabbli li għandha r-residenza fiskali tagħha fi Stat Membru — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital — Ġustifikazzjoni)

ĠU C 139, 15.4.2019, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart — Körperschaften

(Kawża C-135/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Klawżola ta’ standstill - Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tirrigwarda kumpanniji intermedjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi - Emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni, segwita bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni preċedenti - Dħul ta’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li joriġina miż-żamma ta’ krediti ma’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru - Inklużjoni ta’ tali dħul fil-bażi taxxabbli ta’ persuna taxxabbli li għandha r-residenza fiskali tagħha fi Stat Membru - Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital - Ġustifikazzjoni)

(2019/C 139/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-GmbH

Konvenut: Finanzamt Stuttgart — Körperschaften

Dispożittiv

1)

Il-klawżola ta’ standstill, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 63(1) TFUE ma jippreġudikax l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investimenti diretti, li essenzjalment kienet teżisti fil-31 ta’ Diċembru 1993 skont leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, minkejja li l-portata ta’ din ir-restrizzjoni kienet ġiet estiża, wara din id-data, għall-ishma li ma jinvolvux investiment dirett.

2)

Il-klawżola ta’ standstill, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 63(1) TFUE tapplika għal restrizzjoni għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investimenti diretti, meta l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li minnha tirriżulta din ir-restrizzjoni kienet ġiet, wara l-31 ta’ Diċembru 1993, emendata sostanzjalment minħabba l-adozzjoni ta’ liġi li daħlet fis-seħħ, iżda li ġiet issostitwita, anki qabel ma ġiet applikata fil-prattika, b’leġiżlazzjoni essenzjalment identika għal dik applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1993, sakemm l-applikabbiltà ta’ din il-liġi ma ġietx iddiferita skont il-liġi nazzjonali, b’mod li, minkejja d-dħul fis-seħħ tagħha, din ma kinitx applikabbli għall-moviment tal-kapital transkonfinali msemmi fl-Artikolu 64(1) TFUE, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li abbażi tagħha d-dħul magħmul minn kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li ma joriġinax minn attività stess ta’ din il-kumpannija, bħal dak ikklassifikat bħala “dħul intermedjarju li għandu n-natura ta’ kapital investit”, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, huwa inkluż, pro rata mas-sehem miżmum, fil-bażi fiskali ta’ persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru, meta din il-persuna taxxabbli jkollha sehem ta’ mill-inqas 1 % f’din il-kumpannija u meta dan id-dħul huwa suġġett, f’dan il-pajjiż terz, għal livell ta’ tassazzjoni iktar baxx minn dak eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm ma jeżistix kuntest legali li jipprevedi, b’mod partikolari, obbligi konvenzjonali ta’ natura li jawtorizzaw lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru jivverifikaw, jekk ikun il-każ, il-veraċità tal-informazzjoni li tirrigwarda lil din l-istess kumpannija pprovduta sabiex jintwera li s-sehem ta’ din il-persuna taxxabbli f’din tal-aħħar ma jirriżultax minn arranġament artifiċjali.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


Top