EUR-Lex Přístup k právu Evropské unie

Zpět na úvodní stránku EUR-Lex

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62019TN0067

Kawża T-67/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)

ĠU C 112, 25.3.2019, s. 46—46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)

(Kawża T-67/19)

(2019/C 112/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: C. Casas Feu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dokkio, Inc. (San Mateo, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali DOKKIO – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 971 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni Tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1187/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni B 2800087;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV;

tikkundanna lil Dokkio, Inc. għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV.

Motivi invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Nahoru