This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0064
Case T-64/19: Action brought on 4 February 2019 – ECSEL Joint Undertaking v Personal Health Institute International
Kawża T-64/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International
Kawża T-64/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International
ĠU C 112, 25.3.2019, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/45 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International
(Kawża T-64/19)
(2019/C 112/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ECSEL Joint Undertaking (rappreżentanti: G. Kuyper u P. Brochier, avukati)
Konvenuta: Personal Health Institute International (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lil ECSEL l-ammont ta’ EUR 25 513,84, flimkien mal-interessi bir-rata kuntrattwali ta’ 3,5 % mill-15 ta’ Diċembru 2014 sakemm isir il-ħlas komplet. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq l-allegat ksur kuntrattwali mill-konvenuta li, skont ir-rikorrenti, ma tat l-ebda dettall jew informazzjoni dwar il-proġett tagħha lill-awtorità ta’ finanzjament nazzjonali kompetenti u kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, liema fatt jiġġustifika għalhekk ix-xoljiment tal-kuntratt, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fl-Artikolu II.20.1 tal-Anness II tal-ftehim ta’ għotja.