EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62019TN0060

Kawża T-60/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas Mpellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

ĠU C 112, 25.3.2019, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas Mpellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

(Kawża T-60/19)

(2019/C 112/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas Mpellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li fiha l-elementi verbali Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 172 276

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2296/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ix-xebh tal-prodotti.

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li seta’ validament jittrasponi r-raġunament tal-Qorti Ġenerali f’sentenzi preċedenti.

Il-Bord tal-Appell sostna b’mod żbaljat li trade mark nazzjonali preċedenti kienet totalment nieqsa mill-karattru distintiv li jiddistingwi prodotti li huma ċċertifikati minn dawk li ma humiex.

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qabbel it-trade marks u evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni.

Il-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra d-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ġurisprudenza dwar il-portata u l-effett ta’ trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali.


Fuq