EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0041

Kawża T-41/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)

ĠU C 112, 25.3.2019, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)

(Kawża T-41/19)

(2019/C 112/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSI Svetovanje, marketing, d.o.o (Vrhnika, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Maček, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrial Farmaceutica Cantabria, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nume – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 120 355

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 722/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għall-ispejjeż sostnuti minn MSI Svetovanje d.o.o.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top