EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62019CN0064

Kawża C-64/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10 RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

ĠU C 112, 25.3.2019, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10 RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-64/19 P)

(2019/C 112/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: World Duty Free Group, S.A., li kienet Autogrill España, SA, u l-Kummissjoni Ewropea

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fl-ewwel istanza: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, fil-Kawża T-219/10 RENV World Duty Free Group, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1);

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (2) tqis li l-miżura fiskali inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq aggravju wieħed li għandu jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata. Spanja ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ selettività tal-għajnuna mill-Istat previst fl-imsemmi artikolu. Dan l-aggravju wieħed jista’ jinqasam f’erba’ partijiet:

Fl-ewwel lok, Spanja tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeterminat il-qafas ta’ riferiment tal-miżura fiskali li ma jikkoinċidix ma’ dak tad-deċiżjoni kkontestata;

Fit-tieni lok, Spanja tqis li s-sentenza appellata fiha żball ta’ liġi meta naqset milli tikkunsidra li t-trattament fiskali tal-avvjament finanzjarju jikkostitwixxi miżura ta’ natura ġenerali jew qafas ta’ riferiment awtonomu jew speċifiku;

Fit-tielet lok, Spanja ssostni li s-sentenza fiha wkoll żball ta’ liġi billi tonqos milli tiddefinixxi b’mod korrett l-għan tal-qafas ta’ riferiment u billi twettaq b’mod żbaljat l-eżami tat-tqabbil rikjest mis-sentenza f’World Duty Free (3) (Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P);

Fir-raba’ lok, l-żball fl-identifikazzjoni ta’ element kostitwent tal-qafas ta’ riferiment jimplika żball ta’ liġi fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni (T-219/11 RENV, EU:T:2018:784).

(2)  ĠU 2011, L 7, p. 48.

(3)  Sentenza tal-21 ta’ Diċembru, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et (C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981).


Fuq