Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0050

    Kawża C-50/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Sigma Alimentos Exterior, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-239/11, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/29


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Sigma Alimentos Exterior, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-239/11, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-50/19 P)

    (2019/C 112/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Sigma Alimentos Exterior, S.L. (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tilqa dan l-appell;

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, mogħtija fil-Kawża T-239/11 (1);

    tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 (2);

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Dan l-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji, u t-tieni wieħed huwa maqsum fi tliet partijiet:

    Interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza World Duty Free (3), li tistabbilixxi kriterji ta’ komparabbiltà żbaljati li jwasslu, imbagħad, għal evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza tas-selettività u, konsegwentement, għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna illegali, u b’hekk tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE;

    Żball meta kkonstatat li l-evalwazzjoni possibbli tal-ostakoli ġuridiċi għal kombinazzjonijiet transkonfinali ma tipprekludix li l-miżura kkontestata tkun selettiva, abbażi ta’ analiżi żbaljata tal-metodu ta’ tliet stadji użat mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ għajnuna illegali. Is-sentenza għaldaqstant hija żbaljata fl-aspetti li ġejjin:

    Żball fl-identifikazzjoni tal-iskema fiskali nazzjonali komuni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE relatat mal-kklassifikazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat;

    Żball meta ma kkunsidratx li l-miżura eżaminata kienet miżura ġenerali, u b’hekk kisret ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE;

    Żball fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ eċċezzjoni għall-iskema nazzjonali komuni bħala qafas ta’ riferiment, bi ksur tal-Artikolu 107 TFUE.

    L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet diversi ksur tal-Artikolu 107 (1) TFUE u tal-prinċipju tan-newtralità fiskali u li, f’diversi aspetti, hija essenzjalment ikkompletat jew saħansitra issostitwiet ir-raġunament stabbilit mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata b’raġunament tagħha, liema fatt, fih innifsu, jikkostitwixxi raġuni fondata għall-annullament tas-sentenza appellata.


    (1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni (T-239/11, mhux ippubblikata, EU:T:2018:781).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjonissjoni tat-12 ta’ Jannar 2011dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1)

    (3)  Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et (C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981).


    Top