EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62018CN0765

Kawża C-765/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

ĠU C 112, 25.3.2019, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

(Kawża C-765/18)

(2019/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u konvenuta fil-kontrotalba: Stadtwerke Neuwied GmbH

Konvenut u rikorrent fil-kontrotalba: RI

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni f’waqtha u diretta lill-konsumaturi tal-gass dwar il-kundizzjonijiet, ir-raġunijiet u l-portata ta’ bidla imminenti fit-tariffi għall-fornitura tal-gass tipprekludi l-validità ta’ bidla bħal din fit-tariffi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, ilu applikabbli direttament mill-1 ta’ Lulju 2004 fil-konfront ta’ kumpannija privata (fil-forma ta’ GmbH Ġermaniża) peress li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jimponux kundizzjonijiet f’termini ta’ kontenut u għalhekk jistgħu jiġu applikati mingħajr il-bżonn ta’ att ta’ implimentazzjoni ulterjuri u jagħtu liċ-ċittadini drittijiet fil-konfront ta’ organizzazzjoni li, minkejja l-forma ġuridika privata tagħha, hija kkontrollata mill-Istat peress li dan huwa l-uniku azzjonist tal-kumpanija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.


Fuq