This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9247
Prior notification of a concentration (Case M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 57, 13.2.2019, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 57/15)
1.
Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Mitsubishi Corporation (il-Ġappun), |
— |
ELG Haniel GmbH (“ELG”, il-Ġermanja), ikkontrollata biss minn Franz Haniel & Cie. GmbH (“Franz Haniel”, il-Ġermanja), |
— |
ELG Carbon Fibre Limited (“ECF”, ir-Renju Unit), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ ELG. |
Mitsubishi Corporation u Franz Haniel jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt kollu ta’ ECF kollha kemm hi. ECF bħalissa hija kkontrollata esklussivament minn Franz Haniel.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Mitsubishi Corporation: operazzjonijiet ta’ żvilupp u ta’ negozji f’diversi industriji, inklużi l-ambjent u l-infrastruttura, il-manifattura, il-finanzi, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimiċi u l-ikel.
— ELG: il-kummerċ, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima għall-industrija tal-azzar inossidabbli kif ukoll materjali ta’ prestazzjoni għolja bħall-fibra tal-karbonju.
— ECF: ir-riċiklaġġ tal-fibra tal-karbonju mill-manifattura ta’ skart u ta’ komponenti komposti li spiċċaw, il-manifattura ta’ prodotti tal-fibra tal-karbonju riċiklat.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).