This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9145
Prior notification of a concentration (Case M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 57, 13.2.2019, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/29 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 57/16)
1.
Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Kongsberg Gruppen ASA (“Kongsberg”, in-Norveġja), |
— |
In-negozju ta’ Rolls-Royce plc ta’ prodotti marittimi kummerċjali, sistemi u servizzi ta’ wara l-bejgħ (“Rolls-Royce Commercial Marine”, ir-Renju Unit). |
Kongsberg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Rolls-Royce Commercial Marine.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Kongsberg hija l-kumpanija azzjonarja tal-grupp Kongsberg, li tipprovdi sistemi teknoloġiċi u soluzzjonijiet għall-użu tal-industriji tal-baħar, tad-difiża, ajruspazju u taż-żejt u l-gass; |
— |
Rolls-Royce Commercial Marine hija n-negozju tal-baħar kummerċjali fil-grupp tar-Rolls-Royce li tforni komponenti, sistemi u elementi diġitali primarjament għal bastimenti ċivili tal-baħar. Dan ma jinkludix in-negozju tas-sistemi tal-enerġija tar-Rolls-Royce. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).