This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9211
Prior notification of a concentration (Case M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 57, 13.2.2019, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/27 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 57/14)
1.
Fl-4 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Transdigm Group Incorporated (“Transdigm”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
— |
Estreline Technologies Corporation (“Esterline”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
Transdigm takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Esterline kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-10 ta’ Ottubru 2018.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Transdigm: id-disinn, il-produzzjoni u l-provvista ta’ komponenti, sistemi u sottosistemi ajruspazjali mibnija. Il-prodotti tagħha jintużaw kemm fuq ajruplani kummerċjali kif ukoll dawk militari.
— Esterline: id-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti b’inġinerija għolja, prinċipalment għall-klijenti ajruspazjali u tad-difiża. Il-prodotti tagħha jintużaw ukoll fis-settur ferrovjarju, mediku, fil-logħob tal-azzard u f’industriji oħra.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies.
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).