This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2019/057/12
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 57, 13.2.2019, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/23 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 57/12)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva ġdida ta’ 2 euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Irlanda
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li tintuża d-denominazzjoni ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv ta’ rilevanza simbolika kbira f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Irlanda
Suġġett tal-kommemorazzjoni : 100 sena mit-twaqqif tad-Dáil Éireann (il-Parlament Irlandiż)
Deskrizzjoni tad-disinn : Fid-disinn tidher l-ewwel seduta tad-Dáil Éireann fir-Round Room. L-iggvernar tan-nazzjon Irlandiż beda fil-21 ta’ Jannar u s-seduta tmexxiet kompletament bil-lingwa Irlandiża biex tiġi riflessa n-natura simbolika tal-laqgħa. Ir-Round Room kbira ta’ Mansion House tqawwes fuq il-ġemgħa kbira tal-ewwel Dáil elett tan-nazzjon. Il-kliem “An Chéad Dáil” fiċ-ċentru tad-disinn flimkien mas-sena “1919” fil-parti ta’ fuq huma mnaqqxa b’tipa unċjali tradizzjonali. Fil-parti t’isfel huma mnaqqxa l-isem tal-pajjiż u s-sena tal-ħruġ “ÉIRE 2019”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 1 000 000 munita
Data tal-ħruġ : Jannar 2019
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).