This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0527
Case T-527/18: Action brought on 6 September 2018 — K.A. Schmersal Holding v EUIPO — Tecnium (tec.nicum)
Kawża T-527/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum)
Kawża T-527/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum)
ĠU C 381, 22.10.2018, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/30 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum)
(Kawża T-527/18)
(2018/C 381/35)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Haudan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tecnium, SA (Manresa, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea tec.nicum – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 626 791
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2427/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma ċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassi 42; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
ebda użu ġenwin tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni; |
— |
identifikazzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti; |
— |
nuqqas ta’ xebh bejn is-servizzi. |
— |
nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti; |
— |
nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. |