Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0654

    Kawża T-654/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Ċaħda ta’ talba għal eżami mill-ġdid intermedju parzjali, limitata għad-dumping, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 — Bdil fit-tul ta’ ċirkustanzi — Teħid ta’ kampjuni — Eżami individwali — Nuqqas ta’ koperazzjoni fl-investigazzjoni li wassal għall-adozzjoni tal-miżuri definittivi”)

    ĠU C 381, 22.10.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-654/16) (1)

    ((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 11(3) u (5), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Ċaħda ta’ talba għal eżami mill-ġdid intermedju parzjali, limitata għad-dumping, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Bdil fit-tul ta’ ċirkustanzi - Teħid ta’ kampjuni - Eżami individwali - Nuqqas ta’ koperazzjoni fl-investigazzjoni li wassal għall-adozzjoni tal-miżuri definittivi”))

    (2018/C 381/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd (Foshan City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: B. Spinoit u D. Philippe, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, T. Maxian Rusche, N. Kuplewatzky u A. Demeneix, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 4259 tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2016 li tiċħad talba għal eżami mill-ġdid intermedju parzjali, limitat għal kwistjonijiet ta’ dumping, f’dak li jirrigwarda l-miżuri antidumping definittivi stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 428, 21.11.2016


    Top