This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9010
Prior notification of a concentration (Case M.9010 — JAB/Pret A Manger) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 277, 7.8.2018, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 277/08)
1.
Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
JAB Holdings B.V., li hija kkontrollata minn JAB Holding Company S.à r.l. (“JAB”, il-Lussemburgu), |
— |
PAM Group Limited (“Pret”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn fondi ġestiti minn Bridgepoint Advisers Limited. |
JAB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Pret kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— JAB: JAB għandha interessi f’marki tat-te, marki tal-kafè (inklużi Jacobs, Douwe Egberts u Tassimo) u negozji tal-ħobż, kafè, xarbiet mhux alkoħoliċi u doughnuts. JAB għandha interessi ta’ kontroll fil-kumpaniji li ġejjin attivi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u x-xorb fiż-ŻEE: Krispy Kreme doughnuts, Espresso House, Baresso, Balzac Kafè, Coffee Company u 12oz Coffee Joint. JAB hija wkoll attiva fil-provvista bl-ingrossa ta’ kafè u xarbiet oħra sħan fiż-ŻEE kollha.
— Pret: Pret hija bejjiegħ tal-ikel u x-xorb li toffri għażla wiesgħa ta’ ikel u xorb inklużi sandwiches, ikel sħun, insalati, sopop, prodotti moħmija, snacks, frott frisk, meraq tal-frott u kafè organiċi. Pret għandha ħwienet fir-Renju Unit, Franza, id-Danimarka, in-Netherlands u barra ż-ŻEE.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9010 — JAB/Pret A Manger
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).