This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0807(02)
Commission Implementing Decision of 3 August 2018 on the publication in the Official Journal of the European Union of the single document referred to in Article 94(1)(d) of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council and of the reference to the publication of the product specification for a name in the wine sector (Uhlen Roth Lay (PDO))
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Uhlen Roth Lay (DOP))
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Uhlen Roth Lay (DOP))
C/2018/5016
ĠU C 277, 7.8.2018, p. 8–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Awwissu 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(Uhlen Roth Lay (DOP))
(2018/C 277/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ġermanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Roth Lay” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati. |
(3) |
Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret waqt il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Roth Lay” jenħtieġ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Uhlen Roth Lay” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
“Uhlen Roth Lay”
PDO-DE-02083
Data tal-applikazzjoni: 26.3.2015
1. Imsijiet li jridu jiġu rreġistrati
Uhlen Roth Lay
2. Tip tal-indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta' oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta' kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbejjed
Inbid ta' kwalità
Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).
L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum): |
15,0 |
Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum): |
11,5 |
Aċidità totali minima: |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
1,08 |
Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru): |
250 |
Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) (Auslese)
Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).
L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Auslese, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ċerta ħlewwa sottostanti u delikata.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum): |
41,0 |
Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum): |
5,5 |
Aċidità totali minima: |
7,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
2,1 |
Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru): |
350 |
Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) (Beerenauslese, Trockenbeerenauslese u Eiswein)
Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).
L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Auslese, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ċerta ħlewwa sottostanti u delikata, li tkun aktar kremuża fil-każ tal-inbejjed Beerenauslese, u jaf ikollha ħjiel ta' għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma ferm aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Filwaqt li fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi ċerta aċidità pikkanti.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum): |
41,0 |
Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum): |
5,5 |
Aċidità totali minima: |
7,0 milliekwivalenti għal kull litru |
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
2,1 |
Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru): |
400 |
Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti)
Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).
L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ ta' inbejjed Sekt b.A., il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet tal-inbejjed Prädikatswein hi msaħħa u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid frizzanti.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum): |
13,5 |
Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum): |
11,5 |
Aċidità totali minima: |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
1,08 |
Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru): |
185 |
5. Prattiki enoloġiċi
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Dawn li ġejjin mhumiex permessi: is-sorbat tal-potassju, il-liżożima, id-dikarbonat tad-dimetil, l-elettrodialiżi, id-dealkoħolizzazzjoni, skambjatur tal-katjoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, ożmożi, kolonna ċentrifuga konika), iż-żieda ta' ħlewwa mal-most tal-għeneb, laqx tal-ballut jew preparazzjonijiet.
Inbid ta' kwalità
Prattika enoloġika speċifika
|
Mill-inqas 88 °Oechsle; aċidità massima = 7,5 g/l; tisħiħ sa massimu ta' 14,0 % skont il-volum. |
|
Sa 100 °Oechsle u nbejjed imsaħħa: kontenut massimu ta' zokkor residwu = “daqsxejn xott” skont il-liġi dwar l-inbejjed |
|
Aktar minn 100 °Oechsle: kontenut massimu ta' zokkor residwu = piż tal-most/3 |
Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), miżjud bi: Auslese, Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, Eiswein
Prattika enoloġika speċifika
|
Auslese: mill-inqas 105 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 90 g/l |
|
Beerenauslese: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l |
|
Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 180 g/l |
|
Eiswein: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l |
Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti)
Prattika enoloġika speċifika:
|
fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun |
b. Rendimenti massimi
70 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona demarkata
Uhlen Roth Lay hu parti mid-DOP “Mosel” (in-numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Il-vinji ta' Uhlen Roth Lay jinsabu fiż-żoni ta' Kobern u Winningen fid-distrett rurali ta' Mayen-Koblenz fl-Istat Federali tar-Rhineland-Palatinate. Imsemmija għall-ogħla quċċata tal-foresta “l fuq mill-vinji u għall-blat ħamrani, din il-parti tal-inħawi ta' Uhlen ilha minn dejjem magħrufa bħala ‘Uhlen Roth Lay’. Iż-żona tibda bl-ewwel xaqliba tal-vinji fil-wied ta' Belltal – l-irqajja” 262/54 u 156/53 – u tispiċċa fix-xaqliba b'dawn l-irqajja' li ġejjin: 6/1, 117/1 u 2394/3.
Il-prodotti bit-tikketta tad-DOP “Uhlen Roth Lay” jistgħu jsiru fiż-żona tad-DOP “Mosel” irreġistrata (bin-numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP “Mosel”.
L-inħawi ta' Uhlen Roth Lay ikopru żona ta' 15,97 ettaru.
7. L-għeneb tal-inbid ewlieni
Weißer Riesling
8. Deskrizzjoni tar-rabtiet
Il-vinji ta' Uhlen Roth Lay jinsabu fuq il-meded imtarrġa tal-Mosell tan-naħa t'isfel. Il-meded imtarrġa ta' Uhlen Roth Lay għandhom sura tradizzjoni orjentati lejn in-Nofsinhar u jinsabu f'altitudni ta' bejn 75 m u 210 m 'il fuq mill-livell tal-baħar. B'temperatura ta' 11,6 °C, it-temperatura medja tul l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif ikun mistenni f'dik l-altitudni baxxa. Il-livelli baxxi ta' xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta' sigħat ta' xemx (1 922) joħolqu mikroklima pjuttost differenti minn ta' nħawi oħra tad-DOP “Mosel” u huma fatturi importanti l-aktar għall-maturità tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b'aċidità baxxa u b'fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma kompluta ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi partikolari fir-reġjun ta' Uhlen Roth Lay jgħinu l-għeneb jilħaq il-maturità fiżjoloġika u jagħtu t-togħma individwali lill-inbejjed imkabbra hemm. Tul l-iskeda ġeoloġika taż-żmien, Uhlen Roth Lay tħaddem is-sistema antika tal-Perjodu Devonjan, is-serje Devonjana Inferjuri. B'mod aktar speċifiku, iż-żona fiha sedimenti tas-sottolivelli ta' Oberems/Laubach li jikkonsistu mill-kwarzit Ems u mill-parti l-antika tas-saffi ta' Hohenrhein. Il-blat għandu kontenut qawwi ta' manjeżju, aluminju u, b'mod partikolari, ta' ħadid. Xi blat għandu 8 % ossidi tal-ħadid inkorporati fi globuli ċkejknin sa 0,25 mm bejn ir-ramel. Il-biċċiet individwali jitwaħħdu flimkien bis-silika, u b'hekk il-blat hu iebes ħafna. Il-ħamrija matura bil-blat li tinħoloq hi regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom bil-ħama u ramlin. Il-pH tal-ħamrija hi aktar baxxa miż-żoni ġirien tad-DOP (madwar 6,0 meta mqabblin mas-7,5 fiż-żoni ġirien). Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta' ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sal-ifnad saffi tagħha. Dan flimkien mal-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi jimplikaw li l-inbejjed ta' dan ir-reġjun għandhom proprjetajiet organolettiċi tassew differenti minn dawk magħmulin fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna nbejjed Uhlen Roth Lay għandhom karattru rfinut sew. Minkejja li ħafna drabi jkunu magħluqin ħafna, l-inbejjed ġodda għandhom potenzjal enormi fejn tidħol il-maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem ġejja minn tradizzjoni ta' vitikultura li tmur lura eluf ta' snin. L-arti għat-tħawwil tal-vinji fuq ir-raba' mtarraġ milqugħ b'ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman Ausonius sejjaħ dawn il-kostruzzjonijiet bħala “amfiteatri”. L-iskoperta tal-muniti Rumani fir-raba' mtarraġ, li aktarx kienu maħsuba bħala offerti, hi evidenza oħra ta' din il-prattika. L-inbid ilu jitkabbar f'din iż-żona sa minn dak iż-żmien. Matul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet titjieb bl-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda ta' għenba (il-varjetà Riesling sa mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta' tkabbir (f'arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, qed jiżdied l-għarfien ambjentali u għaldaqstant qed jonqos ferm l-użu tal-fertilizzanti minerali li jinħallu ħafna. Minħabba f'hekk, il-popolazzjonijiet tal-mikroflora u tal-mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija u dawn ikkawżaw l-assorbiment tan-nutrijenti u proċessi ta' skambju tal-katjoni dejjem, aktar u aktar minħabba l-inkorporazzjoni ta' molekuli kumplessi li jinteraġixxu b'mod simbjotiku ma' mikrobi misjuba fuq estensjonijiet radikali ħoxnin. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn sustanzi organiċi u minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b'hekk jagħtu togħma aktar unika lill-inbid.
Ir-rabta deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbejjed Sekt b.A.
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali
Qafas ġuridiku:
Il-liġi nazzjonali
Tip ta' kundizzjoni oħra:
Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-informazzjoni li trid tingħata fuq it-tikketti u l-imballaġġ hi definita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma' din id-denominazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta, l-inbid irid ikun sarlu spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti partikolari ta' dik l-ispezzjoni uffiċjali jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta' nbejjed ippreżentati għall-ispezzjoni u għas-sena meta tressqu u meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni jrid jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni tal-oriġini u jistgħu jieħdu post id-denominazzjoni “DOP”.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.ble.de/DE/04_Programme/09_EU-Qualitaetskennzeichen/02_EUBezeichnungenWein/Antraege.html?nn=3057588