Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9004

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9004 — SL04/Ambienta Sgr/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 264/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9004 — SL04/Ambienta Sgr/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 264/11)

1.   

Fit-18 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

S.L.04 S.à. r.l. (“SL04”, il-Lussemburgu), li hija kkontrollata indirettament minn L Catterton Partners (“L Catterton”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Ambienta Sgr S.p.A. (“Ambienta”, l-Italja), ikkontrollata minn Ambienta Holding S.r.l. (l-Italja),

Pibinew S.r.l. (“Pibinew”, l-Italja).

SL04 takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pibinew. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SL04: ditta ta’ ekwità privata kkontrollata indirettament minn L Catterton li l-kumpaniji tal-portafoll tagħha joperaw fil-bejgħ bl-imnut u r-ristoranti, fin-negozju tal-ikel u x-xorb, fin-negozju tas-servizzi tal-konsumaturi u l-prodott tal-konsumaturi, inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ kożmetiċi u prodotti tal-fwieħa,

—   Ambienta: ditta ta’ ekwità privata li l-portafoll tagħha jinkludi kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-biofuels, l-effiċjenza tal-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tniġġis, u s-setturi ta’ ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-iskart,

—   Pibinew: id-disinn, il-manufattura, id-dekorazzjoni u l-bejgħ tal-imballaġġ tal-plastik għall-industrija tal-kożmetiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9004 — SL04/Ambienta Sgr/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top