Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016IP0493

    Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE) – 2016/2229(INI))

    ĠU C 238, 6.7.2018, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 238/55


    P8_TA(2016)0493

    Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak

    Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE) – 2016/2229(INI))

    (2018/C 238/05)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),

    wara li kkunsidra l-abbozzz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (11692/2014),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0320/2016),

    A.

    billi s-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja tradizzjonalment dejjem stadu b'mod konġunt f'Kattegat u Skagerrak;

    B.

    billi l-Ftehim jirrikonoxxi d-drittijiet storiċi tas-sajd tas-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja f'Kattegat u Skagerrak, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' sajjieda minn stati oħra, filwaqt li jiżgura wkoll li jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tas-sajd u l-preservazzjoni ta' dawn l-ilmijiet;

    C.

    billi l-Ftehim jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tas-sistema riformata ta' ġestjoni tas-sajd fl-UE stabbilita b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) il-ġdida, b'mod partikolari l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u miżuri obbligatorji biex l-istokkijiet jinżammu 'l fuq mil-limiti tas-sajd sostenibbli;

    1.

    Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet ta' kwalunkwe konsultazzjoni li saret bi qbil mal-Artikolu 4 tal-Ftehim;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Ftehim u qabel il-bidu tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, jinformaw lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-Ftehim u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern għal kwalunkwe pajjiż terz għandu jibni fuq ir-reċiproċità, u li fil-każ tan-Norveġja kwalunkwe dazju doganali fuq il-prodotti tal-ikel, inkluż fuq il-prodotti tas-sajd, mill-UE għandu jkun konformi mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

    5.

    Jenfasizza li l-Kummissjoni għandu jkollha l-kompitu li tiżgura li d-dazji doganali fuq il-prodotti tal-ikel u tas-sajd mill-UE ma jiġux stabbiliti b'mod kuntrarju għall-prinċipji ta' kummerċ ħieles fil-qasam tal-prodotti tal-ikel, inklużi l-prodotti tas-sajd;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tan-Norveġja.

    (1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0492.


    Top