EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016J0019

Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża E-19/16 — Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v Il-Gvern Norveġiż (Id-Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema — Ħin tax-xogħol — Vjaġġar lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali ta’ ħaddiem)

ĠU C 119, 5.4.2018, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/10


SENTENZA TAL-QORTI

tas-27 ta’ Novembru 2017

fil-Kawża E-19/16

Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v Il-Gvern Norveġiż

(Id-Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema — Ħin tax-xogħol — Vjaġġar lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali ta’ ħaddiem)

(2018/C 119/11)

Fil-Kawża E-19/16, Thorbjørn Selstad Thue appoġġata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Pulizija (Politiets Fellesforbund) v il-Gvern Norveġiż – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorita ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President u r-Relatur tal-Imħallef, Per Christiansen, u Ása Ólafsdóttir (ad hoc), Mħallfin, qatgħu s-sentenza fis-27 ta’ Novembru 2017, li l-parti operattiva tagħha hija:

1.

Il-ħin meħtieġ imqatta’ fl-ivvjaġġar, barra mis-sigħat normali tax-xogħol, minn ħaddiem, bħall-appellant, lejn u/jew minn post għajr il-post ta’ attendenza fiss jew abitwali tiegħu sabiex iwettaq l-attività jew l-impenji tiegħu f’dak il-post, kif mitlub mill-impjegatur tiegħu, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE.

2.

Ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni ta’ intensità tal-ammont ta’ xogħol imwettaq waqt l-ivvjaġġar.

3.

Il-frekwenza ta’ dawn il-vjaġġi hija immaterjali sakemm l-effett mhuwiex li l-post tax-xogħol tal-ħaddiem jiġi trasferit għal post ta’ attendenza fiss jew abitwali ġdid.


Top