Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0002

    Kawża T-2/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Wirecard vs EUIPO – AXA Banque (boon.)

    ĠU C 63, 19.2.2018, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/24


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Wirecard vs EUIPO – AXA Banque (boon.)

    (Kawża T-2/18)

    (2018/C 063/32)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AXA Banque SA (Fontenay-sous-Bois, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “boon” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 672 562

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 706/2017-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata AXA Banque u tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni magħmula;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u testendi din il-kundanna għal AXA Banque SA jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedura.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top