EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0817

Kawża T-817/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Schokker vs AESA

ĠU C 63, 19.2.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Schokker vs AESA

(Kawża T-817/17)

(2018/C 063/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Boudewijn Schokker (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (AESA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

l-AESA hija kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 80 000 bħala kumpens għad-dannu morali li huwa sofra;

l-AESA hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka erba’ motivi intiżi sabiex jiġi stabbilit li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti tal-AESA (iktar ’il quddiem l-“ASTK”) wettqet diversi nuqqasijiet amministrattivi li kkawżawlu dannu morali kunsiderevoli.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq iċ-ċirkustanza li l-ASTK għamlet lir-rikorrent offerta illegalli ta’ imjieg li huwa ma setgħax, għal din ir-raġuni, jaċċetta mingħajr kundizzjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK irrifjutat li tikkoreġi din l-offerta ta’ impjieg meta din kienet manifestament ivvizzjata b’illegalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-argument li jgħid li l-konsegwenza tal-irtirar għalgħarrieda tal-offerta ta’ impjieg mill-ASTK kienet l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ reklutaġġ tar-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ASTK injorat l-għan tal-proċedura prekontenzjuża billi sistematikament ġabet fix-xejn kull proposta sabiex it-tilwima tiġi solvuta b’mod extraġudizzjarju.


Top