EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0795

Kawża T-795/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Moreira vs EUIPO – Da Silva Santos Júnior (NEYMAR)

ĠU C 63, 19.2.2018, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Moreira vs EUIPO – Da Silva Santos Júnior (NEYMAR)

(Kawża T-795/17)

(2018/C 063/19)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Moreira (Guimarães, il-Portugall) (rappreżentant: T. Soares Faria, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Neymar Da Silva Santos Júnior (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali “NEYMAR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 432 044

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 80/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara validita, skont l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, it-trade mark “NEYMAR” Nru 00000 proprjetà ta’ Carlos Morreira, għall-prodotti u servizzi kollha li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top