EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0246

Kawża T-246/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Национальный Продукт — Ksur tar-rekwiżiti formali — Artikolu 177(1)(d) u (e) tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà manifesta”)

ĠU C 63, 19.2.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт)

(Kawża T-246/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Национальный Продукт - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 177(1)(d) u (e) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 063/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1017/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Национальный Продукт bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


Top