EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0680

Kawża C-680/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken

ĠU C 63, 19.2.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-680/17)

(2018/C 063/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi (1) jipprekludi li, inkwantu parti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-ażil tal-applikanti, persuna ta’ riferiment ikollha f’isimha stess possibbiltà ta’ kontestazzjoni u ta’ appell kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ din il-viża?

2)

Ir-rappreżentanza, hekk kif irregolata fl-Artikolu 8(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għandha tinftiehem fis-sens li r-responsabbiltà hija oneru (ukoll) tal-Istat irrappreżentat jew fis-sens li r-responsabbiltà hija għalkollox ittrasferita lill-Istat rappreżentant, b’mod li l-Istat irrappreżentat ma huwiex huwa stess iktar kompetenti?

3)

Fil-każ fejn l-Artikolu 8(4) initio u (d) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jippermetti ż-żewġ tipi ta’ rappreżentanza msemmija fit-tieni domanda preliminari, liema huwa l-Istat Membru li għandu jitqies bħala l-Istat Membru li ħa d-deċiżjoni finali fis-sens tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi?

4)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) u tal-Artikolu 32(3) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li tipprovdi li l-applikanti għal viżi jistgħu unikament jippreżentaw l-appell kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjonijiet tagħhom quddiem korp amministrattiv jew ġudizzjarju tal-Istat Membru rappreżentant u mhux fl-Istat Membru irrappreżentat li fir-rigward tiegħu saret applikazzjoni għall-viża, hija konformi mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta? Għal risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li r-rimedju ġudizzjarju żgurat jiggarantixxi li l-applikant għandu dritt għal smigħ, li għandu dritt li jippreżenta r-rikors f’lingwa ta’ wieħed mill-Istati Membri, li l-ammont tal-ispejjeż amministrattivi u dawk legali għal proċeduri ta’ appell u ta’ kontestazzjoni ma jkunux sproporzjonalment għolja għall-applikant u li teżisti possibbiltà ta’ għoti ta’ għajnuna legali? Għal risposta għal din id-domanda, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istat Membru għandu fil-qasam ta’ viża, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk qorti Svizzera għandhiex għarfien suffiċjenti tas-sitwazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi sabiex tkun tista’ tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva?


(1)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU 2009, L 243, p. 1).


Top