This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8701
Prior notification of a concentration (Case M.8701 — Edison/GNVI) (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8701 — Edison/GNVI) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8701 — Edison/GNVI) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 6, 9.1.2018, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8701 — Edison/GNVI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 6/06)
1. |
Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Edison takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ GNVI. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Edison: il-produzzjoni u l-provvista tal-elettriku, u l-esplorazzjoni, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ gass naturali. Edison topera prinċipalment fl-Italja imma wkoll f’pajjiżi Ewropej oħra, inkluża l-Iżvizzera, il-Greċja, l-Ungerija, il-Bulgarija u r-Rumanija; — għal GNVI: provvista ta’ elettriku u gass naturali. GNVI hija attiva fl-Italja. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8701 — EDISON/GNVI Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).