This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8749
Prior notification of a concentration (Case M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 6, 9.1.2018, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 6/05)
1. |
Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Verdane Capital Advisors Holding AS u Vitruvian Partners LLP jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ EasyPark Holding AS. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Verdane Capital Advisors Holding AS: ditta ta’ ekwità privata b’interessi f’industriji varji, — għal Vitruvian Partners LLP: ditta ta’ ekwità privata b’interessi f’industriji varji, — għal EasyPark Holding AS: kumpanija li topera fis-suq tal-mowbajl għall-parkeġġ diġitali li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ parkeġġ diġitali u servizzi għan-negozji, konsumaturi, operaturi tal-parkeġġ u bliet. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8749 — Verdane/Vitruvian/EasyPark Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.