EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0434

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust (11595/2015 – C8-0303/2015 – 2015/0811(CNS))

ĠU C 399, 24.11.2017, p. 219–219 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/219


P8_TA(2015)0434

Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust (11595/2015 – C8-0303/2015 – 2015/0811(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 399/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11595/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0303/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tagħha,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2015 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0353/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(2)  Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' April 2015 fil-Kawżi Magħquda C-317/13 u C-679/13, Parlament vs Kunsill, ECLI:EU:C:2015:223, u fil-Kawża C-540/13, Parlament vs Kunsill, ECLI:EU:C:2015:224.


Top