Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0427

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07196/2015 – C8-0151/2015 – 2015/0054(NLE))

    ĠU C 399, 24.11.2017, p. 212–212 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/212


    P8_TA(2015)0427

    Ftehim UE-Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07196/2015 – C8-0151/2015 – 2015/0054(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 399/32)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07196/2015),

    wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07129/2015),

    wara li kkunsidra t-talba ta' approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0151/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet inċiż, u l-paragrafu 2, kif ukoll l-Artikolu 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0323/2015),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago.


    Top