Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0358

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0305/2015 – 2015/0902(NLE))

    ĠU C 349, 17.10.2017, p. 116–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 349/116


    P8_TA(2015)0358

    Il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (C8-0305/2015 – 2015/0902(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 349/35)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tat-2 ta' Ottubru 2015 għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0305/2015),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (1),

    wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0293/2015),

    A.

    billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

    B.

    billi, fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

    C.

    billi, fit-13 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidat propost għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

    1.

    Japprova l-ħatra ta' Iliyana Tsanova għall-pożizzjoni ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


    Top