EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0341

P8_TA(2015)0341 Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD) P8_TC1-COD(2014)0180 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

ĠU C 349, 17.10.2017, p. 105–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/105


P8_TA(2015)0341

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 349/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0358),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0029/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2015 (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-3 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0049/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2015, p. 1.


P8_TC1-COD(2014)0180

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929.)


Top